Naxxarija Magħrufa Li Dejjem Tferraħ U Twassal Pożittività

 Naxxarija Magħrufa Li Dejjem Tferraħ U Twassal Pożittività

Antoinette Cachia hija Naxxarija magħrufa għall-pożittività tagħha. Ħsibna li naqsmu dan l-artiklu ċkejken biex inkunu aħna wkoll li nwasslu l-ferħ ta’ persuni fis-soċjetà taqgħna li dejjem lesti jferrħu.

Huwa fatt li jkun hemm bosta aħbarijiet ta’ niket, bħal inċidenti, mill-qorti u stejjer oħra mxandra li aħna fid-dmir li nxandru. Imma l-ferħ għandna nxandruh ukoll.

Cachia tista’ tgħid li fuq il-midja soċjali tagħha spiss ittella’ kwotazzjonijiet li jnisslu tbissima, u pożittività. Hija mara li tinqala’ wkoll bl-id, fejn issajjar u tiddekora minn bajd tal-Għid għall-kejkijiet, imma dan ma tagħmlux bħala professjoni iżda b’imħabba u kuraġġ lil min isegwieha.

Qalulna li hija ffissata fuq in-Naxxar Lions, tħobb il-Vitorja u li dawn is-sentejn ħaditha bi kbira wisq li l-Ġimgħa l-Kbira ma saritx.

Memorja li tibqa’ f’qalbha huwa ż-żmien li għamlet taħdem mal-President Emeritu Ċensu Tabone.

Kemm inti ħelwa Antoinette. Ibqa’ xerred il-ferħ u t-tbissim.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com