Neil Agius B’Għawm Kontinwu Madwar Għawdex

L-għawwiem Neil Agius bħalissa għaddej b’għawm kontinwu madwar il-gżira Għawdxija għal tlett darbiet fi tlett ijiem konsekuttivi sabiex jipprepara ruħu biex jilħaq l-aspirazzjoni tiegħu li jgħum mit-Tuneżija sa’ Sqallija. Din l-għawma għandha iktar minn 150 kilometru u tikser ir-rekord dinji.
Għal ħabta tat-tlieta u nofs ta’ dalgħodu Agius beda t-tieni jum t’għawm mal-gżira Għawdxija. Filwaqt li wieħed ma jistax ma jammirax id-determinazzjoni u l-istamina ta’ dan l-għawwiem Malti, għajnejna tmur ukoll fuq is-sbuħija naturali li ddawwar lil gżiritna, liema sbuħija toħroġ ċara fir-ritratti li Agius jaqsam fuq il-midja soċjali.
Il-mira t’Agius hija li jinġabru ’l fuq minn miljun biċċa ta’ plastik fi sfida li qed tissejjaħ ‘Double the Wave Challenge’.
Ritratti: Facebook/ Neil Agius