Nirien Qawwija Jaħkmu Lukanda F’San Pawl Il-Baħar

 Nirien Qawwija Jaħkmu Lukanda F’San Pawl Il-Baħar

Nirien qawwija dehru jaħkmu lukanda f’San Pawl il-Baħar; il-lukanda Pebbles fi Triq il-Kaħli.

Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, kif ukoll il-Pulizija marru fuq il-post tal-inċident.

Madwar 100 resident u l-ħaddiema jidher li ġew evakwati minħabba nirien li żviluppaw fl-ogħla sular ta’ din il-lukanda.

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejin bil-ħidma tagħhom sabiex jikkontrollaw dawn in-nirien. S’issa l-ebda individwu ma jidher li ndarab b’dawn in-nirien.

Ritratt: One News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com