OccupyJustice Tuża L-‘Planters’ Fil-Belt Valletta Biex Tipprotesta
Il-planters li saru fil-Belt Valletta b’siġar, pjanti u fjuri, matul illejl li għadda servew ta’ post fejn membri minn OccupyJustice wasslu l-ħsieb ta’ protesta tagħhom.
Fi stqarrija minn OccupyJustice, huma rringrazzjaw lil Jason Micallef li pprovdilhom post ġdid fejn iwasslu l-protesti tagħhom permezz ta’ dawn il-planters.
Min-naħa tiegħu, Micallef tenna fuq il-midja soċjali tiegħu, li ta ordni biex “l-imbarazz li ntrema f’dawn il-planters propjetà tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta jitneħħew u jintremew ġo skip.”
Qal ukoll li ser ikun qed idaħħal fl-għassa tal-pulizija tal-Belt kontra dan il-vandaliżmu sfaċċat mill-estremisti ta’ occupyjustice u repubblika.