Omm Toqtol Lil Bintha B’5 Daqqiet Ta’ Sikkina F’Londra

 Omm Toqtol Lil Bintha B’5 Daqqiet Ta’ Sikkina F’Londra

Mhux sigriet illi il-lockdown li ġarrbet id-dinja kollha f’dawn l-aħħar xhur ġabet magħha problemi mentali fuq bosta individwi.

Każ illi ħasad lir-residenti ta’ Mitcham f’Londra f’Ġunju tas-sena li għaddiet kien ta’ Sutha Sivanantham.

Omm ta’ 35 sena li qatlet lil bintha Sayagi ta’ 5 snin b’daqqiet ta’ sikkina fil-kamra tas-sodda fir-residenza tal-familja.

Il-ġirien semgħu l-għajjat u daħlu jiġru fir-residenza fejn sabu lit-tifla bla ħajja u lil ommha fil-periklu tal-mewt wara li pruvat tagħmel suwiċidju. It-tifla ġiet iddikjaratha mejta fuq il-post filwaqt illi l-omm ħarġet mill-periklu tal-mewt wara li sar fuqha intervent kirurġiku ta’ 5 sigħat.

Sena wara il-qorti għadha qed tisma’ il-każ. Qed tistaqsi kif il-professjonisti naqqsu milli jindunaw b’sintomi ta’ dippressjoni severa li kellha l-mara. Dan minħabba illi għal diversi drabi marret għandhom għall-għanjuna professjonali minħabba li kienet qed issofri minn ugieħ fis-sider u fl-istonku u tilfet il-piż b’mod drastiku.

Dr Blackwood xehed fil-qorti f’isem il-professjonisti fejn qal illi t-tobba kienu aktar qed jagħtu attenzjoni lis-sintomi fiżiċi milli l-istat mentali tal-pazjenta tagħhom.

Kulħad huwa suġġettibli għas-saħħa mentali jew id-deterjorazzjoni tagħha, irrevelanti ir-razza, l-età u l-istat tiegħek fil-ħajja. Importanti illi taċċetta li għandek bżonn l-għajnuna u tfittixha.

(Dan l-artiklu sar minn Svetlana Muscat li studjat il-Kriminoloġija fl-Università ta’ Malta)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com