Otra Vez Jirbaħ L-ewwel Edizzjoni Tal-Veuve Clicquot Round Linosa Offshore Race
Ir-Royal Malta Yacht Club kompla bl-attivitajiet tal-ibburdjar tiegħu nhar is-Sibt 29 ta’ Mejju bl-ewwel edizzjoni tal-Veuve Clicquot Round Linosa Offshore Race, tellieqa mifruxa fuq distanza ta’ 160 mil nawtiku.
Filwaqt li n-numri tal-parteċipazzjoni kienu kemm xejn ftit, wieħed kellu jikkunsidra numru ta’fatturi – il-limitu ta’ erba persuni mill-istess dar fuq kull jott, in-natura bla waqfien tat-tbaħħir lil hinn mix-xtut li hija iebsa partikolarment fis-sigħat tal-lejl u n-nuqqas ta’ tlielaq li kienu ilhom weqfin għal-xhur sħaħ.
Il-bidu tat-tellieqa kienet inizjalment ippjanata li tibda fil-Port il-Kbir bħala parti minn attivitajiet madwar il-Yachting Malta Race Week, iżda minħabba rrestrizzjonijiet relatati mal-pandemija il-bidu tat-tellieqa bdiet il-barra mil-Port.
Min hemmhekk, il-flotta baħħret lejn l-Għallis, fejn min hemm għaddiet mill-fliegu ta’ Kemmuna b’rotta diretta lejn Linosa, fejn daru mal-ġżira Taljana qabel ma ġew lura Malta min naħa ta’ Filfla fejn spiċċaw f’Marsamxett.
Janissah (Mario Debono) kienet l-ewwel jott li ħareġ mill-linja tal-bidu, filwaqt li l-oħrajn mifruxa b’mod uniformi tul il-linja tat-tluq wiesgħa mil. L-isforz għal rebħa t’Artie waslet fi tmiemha fil-fliegu ta’ Kemmuna, meta ħsara fit-tmun ma ħallitilhom l-ebda għażla ħlief li jirtiraw.
Otra Vez laħaq lil Ton Ton fl-aħħar ftit mili tat-tellieqa, viċin in-naħa tan-nofsinhar ta’ Malta, meta l-kundizzjonijiet tar-riħ ġagħlu lil Ton Ton inaqqas il-veloċità, u ta’ lil Otra Vez l-opportunità li jlaħħaq miegħu. Għalkemm Ton Ton kiseb Line Honours, kien Otra Vez, li spiċċa ftit minuti wara, biex rebaħ it-tellieqa fuq il-Ħin Korrett.
Bir-riżultat tiegħu, Gatt Floridia stabbilixxa l-ewwel Rekord IRC (fuq Ħin Korrett) f’ħin ta’ 36 siegħa 39minuta 49 sekonda.
Il-Flotta kienet mgħamula minn Artie III (Lee Satariano), Bait (Paul Debono), Janissah (Mario Debono), Otra Vez (Aaron Gatt Floridia), Ton Ton Laferla Insurance (Jonathan Gambin) and Vivace (Andrew Agius Delicata / Matthew Gabriele).
It-TrofewVeuve Clicquot, ikkummissjonat minn Yachting Malta u Veuve Clicquot, rappreżentat f’Malta minn M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd. ġie ppreżentat lil Aaron Gatt Floridia, kaptan ta’ Otra Vez fil-preżenza taċ-Chairman ta’ Yachting Malta s-Sur John Huber, is-Sur David Cremona, Commodore Royal Malta Yacht Club, Uffiċjal tat-Tellieqa s-Sur Peter Dimech u s-Sur Alfred Brad-dick, Marketing Manager, M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd.
L-ewwel edizzjoni tar-Round Linosa Race kienet appoġġata minn Yachting Malta u sponsorjata minn Veuve Clicquot.
Ritratt – Pavel Images