Persuna Tintlaqat Minn Karozza Fil-Ħamrun

 Persuna Tintlaqat Minn Karozza Fil-Ħamrun

Persuna għal ħabta tal-3:45pm tintlaqat minn vettura fit-Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun. Jidher li l-persuna kienet qiegħda taqsam it-triq qrib iz-zebra crossing, biswiet Pjazza San Pawl meta ntlaqtet minn vettura.

Fuq il-post ingħatat l-ewwel għajnuna lill-vittma u tim mediku ntbagħat għall-assistenza. Jidher li l-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura, iżda il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: One News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com