Peter, Il-Kelb Ta’ Dwana Jaqbad Passiġġier B’€11,450 Flus Kontanti

 Peter, Il-Kelb Ta’ Dwana Jaqbad Passiġġier B’€11,450 Flus Kontanti

Il-kelb ta’ dwana bl-isem ta’ Peter, dalgħodu rnexxilu jaqbad passiġġier ta’ nazzjonalità Maltija li kien qiegħed iġorr fuqu flus kontanti mhux iddikjarati, fis-somma ta’ €11,450. It-tfixxija saret hekk kif il-passiġġier kien ser jaqbad il-katamaran lejn Pozzallo.

Meta kien mistoqsi minn uffiċċjali tad-dwana tat-taqsima kontra l-money laundering jekk kellux ammont ta’ flus kontanti li xtaq jiddikkjara, il-passiġġier wieġeb fin-negattiv. Madankollu instabu €10,000 fil-bagalja u €1,450 fil-kartiera tal-istess passiġġier. Il-passiġġier kien immultat u tħalla jkompli bil-vjaġġ tiegħu. 

Fl-aħħar ħames snin, id-Dipartiment tad-Dwana rnexxielu jaqbad mal-€2,439,309. Wieħed jista’ jirrapporta lil dan id-Dipartiment jekk jinnota xi irregolaritajiet. Jista’ jagħmel dan anke b’mod kunfidenzjali fuq 2568 5124.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com