“PN Li Ma Jiħux Gost Bil-Progress”

 “PN Li Ma Jiħux Gost Bil-Progress”

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista, il-Partit Laburista jisħaq li l-Partit Nazzjonalista ma jieħux gost bil-progress.

Il-Partit Laburista jgħid li għal kuntrarju għal dak li qal il-Partit Nazzjonalista, l-ordni tal-ġurnata fejn tidħol l-infrastruttura huma proġetti ġodda li minnhom igawdi ċ-ċittadin. Jistqarr li jidher ċar li l-Partit Nazzjonalista mhux kuntent bir-ritmu tax-xogħol infrastrutturali li nqabad f’pajjiżna dan għaliex il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech baqa’ ma jieħux gost bil-ġid.

Il-Partit Laburista elenka uħud mill-proġetti infrastrutturali li twettqu minn dan il-Gvern, fosthom l-ikbar proġett infrastrutturali; il-Marsa Junction b’investiment ta’ €70 miljun, ’l fuq minn 500 triq residenzjali u rurali, €20 miljun investiment fil-mini l-ġodda ta’ Santa Luċija u x-xogħol li bħalissa huwa għaddej fil-proġett tas-Central Link b’investiment ta’ €55 miljun. Dan kollu sar sforz l-ambizzjoni, l-għaqal u l-perseveranza ta’ dan il-Gvern u jikkumplimentaw katina ta’ proġetti infrastrutturali oħra li qed jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.

Il-Partit Laburista jistqarr li Gvern Laburista qed juri li anke fl-infrastruttura jżomm il-wegħdi tiegħu. U għalhekk huwa kredibbli, b’kuntrarju għall-Partit Nazzjonalista li għandu problemi kbar ta’ kredibilità għax meta wiegħed ma wettaqx u għadu juri b’mod ċar li m’għandux pjan.

Ritratt: Infrastructure Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com