“Qatt Ma Fhimt Il-‘Gost’ Li Jieħdu Sezzjoni Ta’ Malta Jattakkaw Lil Pajjiżhom”

 “Qatt Ma Fhimt Il-‘Gost’ Li Jieħdu Sezzjoni Ta’ Malta Jattakkaw Lil Pajjiżhom”

“Qatt ma fhimt il-“gost” li jieħdu sezzjoni ta’ Maltin jattakkaw lil pajjiżhom barra minn Malta, kull meta jkollhom ċans b’kull mod possibbli.”

Hekk kiteb Jason Micallef fuq il-profil tal-facebook tiegħu fejn saħaq li l-aħħar moda hi li jipparteċipaw fi programmi televiżivi fuq stazzjonijiet internazzjonali, u erħilhom jogħxew ipinġu lil Malta daqs li kieku kienet xi ġungla.

Tenna li dawn il-programmi jkollhom aġenda żbilanċjata kontra pajjiżna bl-iskop li tagħmel ħsara lil Malta.

Kompla jispjega li Malta bħal kull pajjiż ieħor fid-dinja, għandha n-nuqqasijiet tagħha imma ” l-kwalità ta’ ħajja, il-progress li għamel pajjiżna, u s-sbuħija ta’ Malta jiżboq bil-kbir l-attakk insensat ta’ sezzjoni ta’ Maltin kontra pajjiżna mal-barrani.”

“Li tieħu gost tattakka lill-pajjiżek barra minn Malta mhux preġju, imma saħta. Kull min jagħmilha, hu min hu, hi min hi, jissejħu TRADITURI (traitors) ta’ pajjiżhom, m’hemmx kelma oħra”, temm jgħid Micallef.

Ritratt: Malta Today/ Faceook – Jason Micallef

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com