Raġel Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Inċident F’Għawdex
Raġel ta’ 32 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ma’ siġra. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-5.45 fi Triq ta’ Xħajma, limiti tax-Xewkija, Għawdex.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.