Raġel Jinqabad Bejn Żewġ Inġenji Waqt Li Kienu Miexja
Taljan ta’ 40 sena nqabad bejn żewġ inġenji waqt li kienu miexja. Il-każ ġara fi triq San Ġeraldu f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.