Raġel Ta’ 29 Sena L-Isptar Wara Ħabta Bejn Mutur U Vettura

 Raġel Ta’ 29 Sena L-Isptar Wara Ħabta Bejn Mutur U Vettura

Raġel ta’ 29 sena minn Ħal Luqa, għal xi d-9.15 ta’ dalgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Ingiered, Ħal Luqa.

Dan wara ħabta bejn mutur Ducati Monster, misjuq mill-vittma u żewġ vetturi, Ford Transit misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti s-Swieqi u Nissan Leaf misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Gudja.

Aktar tard ir-raġel ta’ 29 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com