Raġel Ta’ 44 Sena Jweġġa’ Gravi Fi Ġlieda Ma’ Mara U Raġel Fil-Marsa

Raġel ta’ 44 sena minn Ħal Qormi ndarab gravi wara li tard ilbieraħ filgħaxija ġie aggredit minn mara u raġel fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa.
Il-Pulizija qalet li l-ewwel investigazzjonijiet juru li għall-ħabta tal-10.50 p.m. qam argument bejn ir-raġel ta’ 44 sena ma’ żewġt
persuni, mara ta’ 34 sena u raġel ta’ 40 sena li jgħixu Ħal Qormi.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 44 sena l-Isptar Mater Dei biex jiddewwa għal ġrieħi li ġarrab. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.