Repubblika B’Denunzja Fil-Konfront Ta’ Rosianne Cutajar – Itennu Li Qed Tixtri N-Nies Bil-Larinġ
L-Onorevoli Rosianne Cutajar tenniet li l-argument li qed isir minn tar-Repubblika, jiġifieri li persuna tinxtara bil-larinġ, jinsulenta l-intelliġenza tal-poplu.
Dan wara li wettqet ġest mal-anzjani li tenniet li kien ferm apprezzat minnhom u anke mid-diriġenti tal-istess dar.
Saħqet li ħu d-deputat nazzjonalista Karol Aquilina għamel denunzja fil-konfront tagħha għand il-pulizia għaliex fi żjara li għamlet f’Dar Pinto f’Ħal Qormi, ħadet magħha ftit larinġ.
Rosianne Cutajar qalet ukoll, li dan huwa komplott biex ikompli jsir assissinju tal-karattru tagħha.
“Kemm ilni fil-politika dejjem emmint li trid tkun viċin in-nies u hekk se nibqa’ nkun. Mhux ħa nħalli min jintimidani”, temmet tgħid Cutajar.