Restawr Tan-Niċċa Tal-Madonna Tal-Karmnu F’Ħal Għaxaq
Il-Ministru Owen Bonnici dalgħodu fuq il-midja soċjali jammira x-xogħol ta’ restawr li sar fuq in-niċċa mill-isbaħ tal-Madonna tal-Karmnu li qiegħda int u dieħel f’Ħal Għaxaq meta ġej min-naħa taż-Żurrieq jew tal-Gudja.
Il-Ministru Bonnici jistqarr li dan il-proġett li kien mexxa ’l quddiem meta kien responsabbli mill-Kultura, flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq u s-Sindku Darren Abela jinsab ferm għal qalbu. Il-Ministru jfaħħar ix-xogħol li għamlu l-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr fuq dan il-proġett.
Wieħed jinnota ukoll ix-xogħol li sar fil-parti tad-daħla u l-ġenb tal-Knisja ta’ Santu Kristu mid-Direttorat tar-Restawr u l-irwol li għandu x-xogħol ta’ restawr sabiex nippreservaw il-wirt imprezzabbli ta’ pajjiżna.