Riforma Li Temenda L-Liġi Dwar Ir-Reati Sesswali

 Riforma Li Temenda L-Liġi Dwar Ir-Reati Sesswali

Waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu mill-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Ministru Michael Falzon tħabbar li fil-ġimgħat li ġejjien ser tidħol fis-seħħ riforma li temenda l-liġi dwar ir-reati sesswali.

Fost dawn l-emendi mħabbra insibu li issa l-perjodu li persuna vittma t’ abbuż li tkun taħt l-età tista’ tirrapporta ir-reat sa 20 sena wara li jkun twettaq. Jiġifieri l-perjodu preskrittiv jibda mal-mument li l-vittma tagħlaq 23 sena. Ħa jkunu qed jidħlu wkoll emendi importanti ta’ proċeduri fil-Qorti tal-Minorenni.

F’każijiet fejn ikun hemm rapport t’ attività sesswali bejn bniedem u annimal ħa jiġi introdott ir-reat ta’ moħqrija lill-annimali fil-liġi dwar it-trattament xieraq tal-annimali.

Ser issir tibdil ukoll f’każijiet ta’ ‘abduction’ jew ħtif ta’ minorenni, li jinkludi sitwazzjonijiet fejn xi ġenitur jew persuna oħra titlaq bit-tifla jew tifel barra l-pajjiż, mingħajr l-kunsens tal-parti l-oħra li għandu/għandha kura tat-tfal. Dan jista’ jwassal għal piena ta’ massimu ta 13-il sena priġunerija.

Il-Ministru għal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza, Edward Zammit Lewis, spjega l-importanza ta’ dawn l-emendi li jagħtu ċertu diskrezzjoni lill-Qrati. Fid-diskors tiegħu huwa kompla jenfasizza kemm dawn l-emendi huma vitali għas-soċjetà, dan fl-isfond tar-realtajiet attwali. “Inkompli ntenni li dawn l-emendi li ser jiġu proposti fil-Parlament ser jkomplu jipproteġu l-minuri, li huma, bħal-anzjani tagħna u nies oħra vulnerabbli,  fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna bħala Gvern – Dan huwa verament Gvern għan-nies”.

Il-Ministru għas-Solidarjetà’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, stqarr li dawn l-emendi legali se jkunu qed jagħtu aktar drittijiet u vuċi lill-persuni minorenni.  Huwa thenna illi dawn il-bidliet proposti kienu frott ta’ konsultazzjoni wiesgħa ma kull min jaħdem fil-qasam tal-minuri u tal-protezzjoni tat-tfal.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com