Ritratti Grafiċi: Żiemel Abbandunat Jinstab Għadma U Ġilda
Għaqda li taħdem favur id-drittijiet tal-annimali salvat żiemel li nstab fi stat ta’ għadma u ġilda wara li ma kienx qed jingħata biżżejjed ikel.
Animal Liberation Malta kkuntattjat lill-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali Alison Bezzina li rranġat biex iż-żiemel jittieħed għand l-RMJ’s Horse Rescue biex jingħata l-kura hemm.
Minbarra li fi stat ta’ abbandun iż-żiemel, li ngħata l-isem Harley, kellu wkoll diversi ġrieħi li wkoll jindikaw li ma kienx qed jingħata l-attenzjoni.
Animal Liberation Malta appellat lil min m’għandux il-ħin jew il-flus biex jieħu ħsieb l-annimali biex ma jrabbihomx inkella jitlob l-għajnuna ta’ min jista’ jieħu ħsiebhom.
Min-naħa tagħha Bezzina qalet li se taħdem biex sid iż-żiemel jiffaċċja l-ġustizzja talli abbandunah.