Sajjieda Jsiru Sinjuri B’Dak Li Jsibu F’Żaqq Ta’ Balena!

 Sajjieda Jsiru Sinjuri B’Dak Li Jsibu F’Żaqq Ta’ Balena!

Sajjieda f’Yemen, pajjiż fin-nofsinhar tal-peniżola Għarbija tinbidlilhom ħajjithom hekk kif isibu sustanza f’żaqq ta’ balena, imsejħa ‘ambergris’ li tħallilhom qliegħ ta’ $1.5 miljun. Din is-sustanza tintuża sabiex iżżomm ir-riħa tal-fwejjaħ fit-tul u minħabba li hija rari ħafna ġabet dak il-valur. Din il-balena li kienet għaddejja minn Gulf of Aden bidlet ħajjiet dawn is-sajjieda li jgħixu f’wieħed mill-iktar pajjiżi foqra tad-dinja.

Permezz ta’ din is-sejba ħafna minn dawn is-sajjieda wettqu l-ħolm tagħhom realtà; min biddel id-dar; min iżżewweġ; min xtara karozza ġdida, iżda fuq kollox ħasbu fl-iktar familji fil-bżonn qrib tagħhom! B’hekk jispikka s-sens t’altruwiżmu u s-sens ta’ komunità hekk kif ħasbu f’dawk fil-bżonn minnufih. 

Wieħed jinnota kif dawn it-tip ta’ baleni huma meqjusa vulnerabbli u l-bejgħ tas-sustanza ‘ambergris’ hija projbita f’diversi pajjiżi.

Is-sajjieda jistqarru illi minkejja li sabu din is-sejba xorta waħda għadhom imorru fuq il-baħar għax dik hija l-passjoni tagħhom!

Ritratt: The Sun

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com