Salvata Tifla Wara Li Nqata’ L-Ħabel Tad-Dinghy

Voluntiera ta’ Royal National Lifeboat Institution isalvaw tifla wara li d-dinghy li kienet fih inqatalu l-ħabel minn max-xatt u spiċċat weħidha fil-baħar ‘il barra mill-kosta ta’ Welsh. Il-ġenituri mill-ewwel sejħu għall-għajnuna, u bdit it-tfixxija għat-tifla minnufih.
Waqt it-tfixxija, għal bidu intlemaħ biss id-dinghy u t-tifla ma bditx tidher. Iżda imbagħad il-voluntiera semgħu l-biki u l-għajta tat-tifla; “Qiegħda nibża, għinuni” filwaqt li t-tifla kienet qiegħda titmexxa mill-kurrent.
Grazzi għall-ħidma ta’ dawn il-voluntieri t-tifla ġiet salvata u ngħaqdet lura mal-familja tagħha!
Ritratti: Daily Mail/ RNLI