Sasha Gatt Twaqqaf Rekords Nazzjonali Ġodda

 Sasha Gatt Twaqqaf Rekords Nazzjonali Ġodda

Fit-tmiem il-ġimgħa l-Aquatic Sports Association ta’ Malta (ASA) ospittat Summer Olympic Qualifying Meet fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq. Dan huwa avveniment ta’ kwalifikazzjoni approvat mill-FINA.

L-avveniment li kien mifrux fuq jumejn ra l-ewwel rekord nazzjonali għal dan l-avveniment stabbilit minn Sasha Gatt. Gatt stabbiliet rekord nazzjonali ġdid u rekord tal-Age Group D fl-400m freestyle meta rreġistrat ħin ta’4:18.58. Ir-rekord preċedenti kien ġie stabbilit minnha nfisha fi Frar 2021 kien ta ’4:23:33

Fit-tieni jum Sasha Gatt għal darb’oħra poġġiet isimha fuq ir-rekords meta rreġistrat rekord ġdid Nazzjonali u tal-Age Group D fl-avveniment ta’ 800m freestyle. Il-ħin kien ta’8:52.22. Ir-rekord preċedenti kien ta ‘8: 58.58 hi stess stabbiliet f’Samorin, is-Slovakkja aktar kmieni din is-sena.

L-avveniment ra wkoll numru ta’ rekords oħra jinkisru. Andre Camilleri għamel ħin ta’ 2:12:84 fil-200m backstroke filwaqt li Caine Schembri kiser ir-rekord fil-50m u 100m breaststroke. Anke Matthew Satariano kiser ir-rekord b’ħin ta’ 1:06.59 fil-100m butterfly.

Fil-kategorija femminili, apparti s-suċċess miksub minn Sasha Gatt, kellna ukoll rekord nazzjonali ġdid fil-100m buttferfly minn Michela Portelli.

 

Ritratt: Emvigee PR & Marketing / Maria Vella-Galea

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com