Sejħa Għall-Artisti Mill-Kunsill Lokali Ta’ Ħaż-Żabbar
L-artisti minn 16-il sena ’l fuq qegħdin jiġu msejħa’ sabiex jipparteċipaw f’espressjoni t’interess maħruġa mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Ix-xogħol tal-arti għandu jkollu tema li tirrappreżenta aspetti reliġjużi, soċjali, festivi jew letterarji, iżda mhux personaġġi. Qegħdin jiġu mħeġġa’ elementi artistiċi moderni u kkuluriti. L-artist magħżul se jkun qiegħed jingħata €1,000 għal kull struttura artistika. L-artist magħżul se jkun responsabbli għall-installazzjoni tal-istruttura, li għandha titlesta s’Ottubru ta’ din is-sena.
Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar, Jorge Grech tkellem fuq il-ħidma tal-Kunsill Lokali sabiex jinkludi proġetti artistiċi f’Ħaż-Żabbar. Jistqarr li bħal ma saru l-Murali fi Ġnien il-Kunsill, issa qegħdin iħeġġu l-artisti sabiex jissottomettu l-ideat tagħhom għall-installazzjonijiet artistiċi, b’tema marbuta mal-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar.
Is-sottomissjonijiet għandhom isiru sa’ mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2021, sa nofsinhar.
Ritratti: Facebook/ Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar