Skandlu Fil-Knisja Pollakka

 Skandlu Fil-Knisja Pollakka

Mijiet ta’ każijiet ta’ abbużi sesswali fuq tfal mill-kleru fil-knisja Kattolika Pollakka ġew żvelati matul il-ġurnata tal-bieraħ.

Fir-rapport ġew identifikati 369 każ ta’ abbuż sesswali, li twettqu bejn l-1958 u l-2020 li kienu rappurtati bejn Lulju 2018 u l-aħħar tas-sena 2020. Dan kien it-tieni rapport wara li fl-2019 kien ħareġ rapport ieħor dwar 382 każ ta’ pedofelija li kienu rrappurtati bejn Jannar 1990 u Ġunju 2018.

Skond il-knisja, 39% ta’ dawn ir-rapporti nstabu li huma veri, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin fuq 50% tal-każi li fadal. 10% min dawn ir-rapporti ġew irrifjutati għal raġunijiet li kien hemm nuqqas ta’ kredibbiltà.

Dan lis-skandlu ħareġ hekk kif il-Knisja Pollakka qed tiffaċċja sensiela ta’ akkużi ta’ abbużi sesswali fuq tfal li kienu mistura għal diversi snin.

F’konferenza online f’Warsaw, il-kap tal-Knisja Kattolika tal-Polonja, l-Arċisqof Wojciech Polak, skuża ruħu mal-vittmi u talab il-maħfra tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com