Skart Goff Mormi F’Wied Qirda
Sfortunatament għal darb’oħra qegħdin naraw skart goff jiġi mormi fejn mhux suppost. Din id-darba fridge-freezer ġiet mormija f’Wied Qirda. Wieħed jinnota kif il-bniedem lest jieħu kedda biex jinżel jarmi skart bħal dan fil-Wied u ma jagħmilx użu mis-servizz tal-ġbir ta’ skart goff li llum jiġi jinġabar minn wara l-bieb ta’ darek mingħajr ħlas! Huma ħafna dawk tal-fehma li għandhom isiru kameras tas-sigurtà u jiħraxu l-pieni.
Hija tassew ħasra li l-bniedem ma jibżax għal postijiet naturali bħal dan il-Wied!