Skema ‘Achievers’ li Minnha Ibbenefikaw 28 Għaqda Volontarja

 Skema ‘Achievers’ li Minnha Ibbenefikaw 28 Għaqda Volontarja

Għall-iskema Achievers ġew allokati €81,000 li minnha qed jibbenefikaw 28 għaqda volontarja. L-għan tal-iskema hi li għaqdiet volontarji mmexxija miż-żgħażagħ, jew li jaħdmu maż-żgħażagħ, ikunu nkoraġġuti joħolqu u jimplimentaw proġetti li fil-qalba tagħhom hemm il-komunità bil-ħsieb li jkunu mħeġġa jqarrbu żgħażagħ oħra lejn dixxiplini differenti li jżommuhom ’il bogħod minn kull tip ta’ vizzju fejn anke jistgħu jitgħallmu snajja differenti.

Id-dixxiplini jistgħu jkunu marbuta ma’ pilastri ewlenin bħal sports, arti, mużika, kultura jew avventuri edukattivi għaż-żgħażagħ.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis spjega kif din l-iskema tkompli turi kemm dan il-gvern huwa impenjat li jkompli jeduka sa minn etajiet żgħar dwar l-effett li vizzji ħżiena jistgħu jħallu fuq saħħet il-bniedem.

Dalgħodu, il-Ministru Edward Zammit Lewis għamel preżentazzjoni lill-Aġent President tas-Soċjeta’ Anthony Gatt, magħrufa bħala ‘Tal-Għama’ f’Birkirkara.

F’din l-iskema s-Soċjeta’ mużikali, Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own, se torganizza numru sabiħ ta’ korsijiet dwar ħiliet tradizzjonali Maltin marbutin tal-festa Maltija, il-Milied u l-Ġimgħa Mqaddsa

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com