Spider-Man Waqt Udjenza Tal-Papa

Waqt l-udjenza tal-Papa Frangisku ta’ kull nhar ta’ Erbgħa, ilbieraħ dawk li kienu qed isegwu kienu sorpriżi meta jaraw bilqiegħda fost il-folla raġel liebes ta’ Spider-man.
Ir-raġel li kien liebes dan il-kostum huwa Mattia Villardita, Taljan ta’ 28 sena li jilbes hekk biex iżur tfal morda fi sptarijiet madwar il-pajjiż.
Mattia meta mistoqsi dwar dan il-ġest qal “Jien Kattoliku u ninsab kuntent ħafna b’din l-esperjenza, nipprova ntaffi ftit mit-tbatija ta’ pazjenti fl-isptar”
Is-sena l-oħra, Villardita sar Kavallier tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana, unur mogħti lilu mill-president Taljan għall-azzjonijiet tiegħu bħala “eroj ta’ kuljum.”
Ritratt Prinċipali: Twitter
Ritratt: Imperia Post