Strateġija Nazzjonali Biex Żgħażagħ Ma Jieqfux Jistudjaw Kmieni
![Strateġija Nazzjonali Biex Żgħażagħ Ma Jieqfux Jistudjaw Kmieni](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/06/ju-850x560.jpeg)
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni nieda strateġija nazzjonali ġdida biex anqas żgħażagħ joħorġu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ.
Justyne Caruana; il-Ministru għall-Edukazzjoni, tenniet li r-rata ta’ Malta fl-aħħar snin naqset meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea għalkemm hija waħda mill-għoljin fl-Ewropa.
Caruana tenniet li rridu nisħqu fuq dan il-fatt fejn semmiet li bħalissa għaddejjin taħditiet politiċi dwar dan il-kejl għaliex il-persentaġġ ta’ żgħażagħ li ma jkomplux it-taħriġ f’Malta fil-verità huwa inqas minn hekk.
Waqt il-konferenza ntqal li 16.7% taż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-24 sena ħarġu mis-sistema edukattiva mingħajr o’levels.
Din l-istrateġija tibni fuq dik preċedenti li ntemmet madwar sena ilu fejn ma tiffukax biss fuq l-edukazzjoni imma wkoll fuq it-taħriġ vokazzjonali.