Taħseb Li Napprezzaw Biżżejjed Il-Ġmiel Naturali Ta’ Pajjiżna?
Donnu ż-żmien ta’ pandemija ġiegħel lil bniedem japprezza iktar il-ġmiel ta’ madwaru. Hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar, kif ukoll fuq il-postijiet ta’ divertiment, ħeġġew lill-bniedem igawdi iktar il-postijiet ta’ ġmiel naturali li pajjiżna huwa mdawwar bihom.
Minkejja li huwa sabiħ li wieħed jesplora pajjiżi oħra, jammira l-ġmiel ta’ kull pajjiż u jesperjenza kulturi differenti, wieħed jeħtieġ ukoll, qabel xejn japprezza l-ġmiel li pajjiżu huwa mdawwar bih. Ħafna drabi, dan donnu jintesa’ minħabba l-ġlieda kontinwa mal-ħin li l-bniedem jgħaddi minnha.
Iżda sabiħ li niefqu mir-rutina ta’ kuljum, li ħafna mid-drabi ninqabdu fiha u napprezzaw dak li għandna. Napprezzaw il-ġmiel naturali, l-istorja, l-kultura u t-tradizzjonijiet li pajjiżna huwa mdawwar bihom.
Daqstant ieħor huwa importanti li nħeġġu lill-uliedna japprezzaw il-kobor ta’ pajjiżna, gżira żgħira bi storja rikka u ġmiel uniku!
Ritratti: Luca Zahra