Talba Mis-Sidien Tal-Barrieri biex Jerġgħu Jiftħu

Il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-klima u l-Ippjanar tenna fi stqarrija li rċieva t-talbiet li s-sidien tal-barrieri għamlu permezz tal-Malta Developers Association (MDA) bil-għan li jerġgħu jiftħu l-barrieri tagħhom għaż-żmien li ġej.
Il-Ministeru fakkar li dan hu settur importanti li jeħtieġ jiġi regolat darba għal dejjem biex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili minn żmien għal żmien.
“Hu f’dan id-dawl li l-Ministeru qed jevalwa dawn it-talbiet flimkien ma’ numru ta’ bidliet fil-policy biex l-eżitu jkun sostenibbli u ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha konċernati”, tenniet l-istqarrija fejn intqal li dawn in-negozjati se jkomplu fil-jiem li ġejjin.