Tarbija Ta’ 3 Xhur Tinqatel Minn Kelb Waqt Li Kienet Rieqda
Tarbija ta’ 3 xhur ġiet attakkata u nqatlet minn kelb waqt li kienet rieqda matul il-lejl f’kamritha fl-Irlanda.
Din it-traġedja ġrat fis-sigħat bikrin tat-Tnejn 7 ta’ Ġunju fil-villaġġ ta’ Clashmore, County Waterford fl-Irlanda.
It-tarbija sofriet minn ġrieħi gravi f’rasha. Tobba u paramediċi taw l-ewwel għajnuna lit-tarbija, madanakollu hija ġiet iċċertifikata mejta fl-isptar tal-Universita’ ta’ Cork fit-3:15 ta’ filgħodu.
Is-Sindku ta’ Waterford, Damien Geoghegan qal li l-villaġġ kollu jinsab taħt xokk bl-aħbar ta’ dan l- inċident makabru.