Tarbija Ta’ 5 Xhur Tirċievi L-Iktar Mediċina Għolja Fid-Dinja

 Tarbija Ta’ 5 Xhur Tirċievi L-Iktar Mediċina Għolja Fid-Dinja

Arthur Morgan, tifel ta’ 5 xhur, ikun l-ewwel pazjent ta’ NHS li jirċievi l-mediċina Zolgensma għal kundizzjoni ġenetika. Morgan li għandu spinal muscular atrophy kien ikkurat b’din il-mediċina li tista’ ssalvalu ħajtu. Huwa ngħata t-terapija tal-Istati Uniti, Zolgensma, fl-Isptar tat-tfal Evelina London. Dan it-trattament huwa meqjus bħala l-iktar mediċina għolja fid-dinja, b’kull doża tiswa’ £1.79-il miljun.

Wieħed jinnota kif sa’ sentejn ilu ma kienx hawn trattament għal tfal bl-istess kundizzjoni taċ-ċkejken Morgan.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com