Tbeżbiża B’Tagħlima Fil-Qorti Għawdxija

Tfajla u Ġuvni ta’ bejn is-16 u t-18-il sena deheru quddiem il-qorti akkużati li serqu mobile minn ġo restorant fir-Rabat Għawdex u anke kissruh.
Huma ngħataw il-libertà kundizzjonata bil-kundizzjoni li ma jerġgħux iwettqu reat ieħor fi żmien 3 snin.
Ġew ordnati li jħallsu l-ħsara li kkawżaw li hija stmata li tammonta għal €825.
Waqt li kien quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, il-ġuvni tenna li huwa bla xogħol u jixtieq jibda sengħa. Kien hawnhekk li l-Maġistrat Mifsud, issuġġerielu jibda kors fl-MCAST.
Qalilhom li jekk jiffukaw fuq ħajjithom, ikollhom futur aħjar.
Ritratt: Malta Info Guide