Tfixxija Għal ‘Cherry’!

 Tfixxija Għal ‘Cherry’!

Jonathan Vella, sid għasfur bl-isem ta’ Cherry jitlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex isib lil dan l-għasfur li ntilef ilbieraħ filgħaxija fl-inħawi tal-Mosta u n-Naxxar. 

Kif jidher ukoll min ismu, Cherry għandu kulur partikolari roża u żewġt idwiefer neqsin fuq saqajh il-leminija. Jidher li m’għandkomx issibu problema sabiex tiżguraw li l-għasfur huwa propju Cherry għaliex kontinwament tgħallem jgħid ismu! 

Is-sid jistqarr kif dan l-għasfur kien speċjali għalih u jinkwieta għal fatt li l-għasfur żgur ma jirnexxilux jgħix f’dan it-temp waħdu.

Kull min ra jew għandu xi informazzjoni fuq Cherry mitlub li jagħmel kuntatt ma’ sidu Jonathan Vella fuq messenger jew iċempel fuq 79259710. Is-sid jgħid ukoll li tingħata rimunerazzjoni lil min jirnexxilu jsibu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com