Tħalli S-Somma Ta’ €50,000 F’Wirt Għall-Iskola Primarja Ta’ Bormla

 Tħalli S-Somma Ta’ €50,000 F’Wirt Għall-Iskola Primarja Ta’ Bormla

Ġie żvelat li persuna għoġobha tħalli s-somma sabiħa ta’ €50,000 bħala wirt lill-Iskola Primarja ta’ Bormla.

Din l-informazzjoni ġiet żvelat mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Justyne Caruana fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li saret minn Clyde Puli (Shadow Minister Edukazzjoni u Sport) fejn staqsa jekk fl-aħħar snin kienx hemm xi persuni li fil-wirt tagħhom, inkludew skejjel statali u li jekk dan huwa l-każ, tistax tgħid x’kienu l-ammonti, għal-liema skola marru u kif intefqu dawn il-fondi?

Dawn il-fondi jidher li ġew rilaxxati s-sena l-oħra.

Il-Ministru Caruana sostniet din is-somma se tkunu investita f’din l-iskola għal ġid tal-istudenti, kif xtaqet din il-persuna.

Ritratt: One News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com