Thomas Markle, Missier Id-Dukessa Meghan Jittama Li Jara Lin-Neputijiet

 Thomas Markle, Missier Id-Dukessa Meghan Jittama Li Jara Lin-Neputijiet

Missier id-Dukessa tas-Sussex Meghan Markle, Thomas Markle jikkummenta fuq it-twelid tan-neputija, Lilibet “Lili” Mountbatten-Windsor.

Il-missier jesprimi x-xewqa u t-tama tiegħu li jirranġa l-affarijiet ma’ bintu Meghan u żewġa, il-Prinċep Harry u jiltaqa’ maż-żewġ neputijiet tiegħu, Archie Harrison ta’ sentejn u ċ-ċkejkna Lilibet.

Jidher li minkejja li t-tarbija twieldet f’Southern California u inqas minn ħames siegħat ’l bogħod mid-dar ta’ Thomas Markle fil-Messiku, hu sar jaf bit-twelid tan-neputija minn fuq ir-radju. Huwa jistqarr dan waqt intervista li kellu mal-programm televiżiv Awstraljan 60 Minutes.

Rigward l-isem li li ngħatat lit-tarbija, Thomas jiddiskrivieh bħala perfett u huwa kuntent li issa hemm iktar persuni ta’ demm ‘Markle’ fil-familja rjali. Huwa jittama li xi darba jara lin-neputijiet tiegħu u jemmen li huwa nannu tajjeb għan-neputijiet tiegħu. Thomas ma jħossux komdu li jmur wara l-bieb ta’ bintu Meghan mingħajr ma jkun invitat u qatt mhu lest jagħmel dan għaliex jgħid dan jagħmlu ‘stalker’ u jistqarr li hu mhuwiex hekk!

Jidher li Thomas ilu ma jkellem lil bintu Meghan u lil żewġha Harry minn jumejn qabel it-tieġ tagħhom fl-2018 wara kontroversja li nqalat wara kuntatt li kellu mal-midja.

Ritratt: Daily Express

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com