Tifla Ta’ 5 Snin Terġa’ Tingħaqad Mal-Ġenituri Tagħha Wara 18-Il Xahar
Tifla ta’ 5 snin, Awstraljana kellha tiċċaħħad għal 18-il xahar milli tgħannaq lill-ommha u lill-missierha. It-tifla, li għandha ġenituri ta’ oriġini Indjani, f’Novembru ta’ 2019 kienet marret iżur lin-nanniet tagħha f’Kerala, l-Indja flimkien mal-ġenituri tagħha. Il-ġenituri telqgħu lura lejn darhom iżda ħallew lil binthom l-Indja bil-ħsieb li tgawdi lin-nanniet tagħha għal ftit żmien. Huma qatt m’antiċipaw li kellha tinqala’ l-pandemija u jinħolqu restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar.
Minkejja li l-ġenituri għamlu minn kollox sabiex jingħaqdu ma’ binthom, fejn saħansitra pruvaw titjiriet kummerċjali u titjiriet organizzati mill-Gvern, it-titjiriet baqgħu jitħassru u tfal taħt l-14-il sena ma setgħux jivvjaġġaw weħidhom fil-programm ta’ ripatrijazzjoni.
BBC News irrapurtat kif fl-aħħar it-tifla qabdet titjira għal Sydney u issa qegħda fi kwarantina flimkien ma’ ommha fl-Awstralja. L-omm b’eċitament u imħabba liema bħala ma kelliex kliem biex tiddiskrivi dan kollu. Il-ġenituri sabu l-għajnuna minn koppja Awstraljana li ukoll kienet maqbudha l-Indja u kienu qegħdin jippjanaw sabiex imorru Sydney. Il-koppja offrew li jikkumpanjaw lit-tifla fuq it-titjira. It-tifla għadha trid tiltaqa’ ma’ missierha, hekk kif ġenitur wieħed huwa permissibbli li joqgħod mat-tfal fi kwarantina. Jidher li hemm numru ta’ Awstraljani, inkluż tfal li ukoll kellhom jibqgħu l-Indja minħabba ir-restrizzjonijiet imposti fl-isfond tal-pandemija.
Jintqal li t-tifla ma tridx tiċċaqlaq minn ħdejn ommha hekk kif tassew ħasset in-nuqqas tagħha wara daqshekk żmien ta’ stennija.
Ritratt: BBC News