Tilef Il-Kontroll U Ħabat F’Arblu Tad-Dawl

Raġel ta’ 57 sena, residenti Bormla, tilef il-kontroll tal-karozza, Hyundai Accent u ħabat f’arblu tad-dawl. Il-każ ġara għal xi t-3.00am. Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, fil-limiti ta’ Birżebbuġia.
Tim mediku ta’ l-ewwel għajnuna, waqt li ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.