Tindifa Pappali Fil-Bajja S-Sabiħa U f’Wied il-Buni
Lejliet il-World Enviroment Day, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa b’kolloborazzjoni mal-Malta Freeport u bis-sehem ta’ entitajiet u organizazzjoniet sportivi fosthom Aġenzija Żgħażagħ, Birzebbuga Waterpolo Club, St. Peter’s FC, B’Bugia Windmill FC, Birzebbuga Regatta Club u l-Birzebbuga Sailing Club saret tindifa fil-Bajja s-Sabiħa u f’Wied il-Buni.
F’din it-tindifa inġabru ‘l fuq minn 30 il-borża skart fosthom madwar żewġ boroż taż-żibel kollha loqom tas-sigaretti.
Saret ukoll operazzjoni ta’ tindif taħt il-baħar fejn numru ta’ divers ġabru numru kbir ta’ skart minn qiegħ il-baħar. Parks Malta ħadu ħsieb jiġbru l-skart li nġabar mill-voluntiera kemm mill-art u mill-baħar.
Il-Kunsilliera responsabli mill-ambjent u l-indafa Maria Mifsud saħqet li ħidmet il-kunsill fl-indafa ma tieqafx. B’mod regolari jisru operazzjoniet ta’ tindif madwar il-lokalità. Il-Kunsilliera Mifsud appellat għall-aktar kuxjenza ambjentali.
Minn naħa l-oħra l-Viċi Sindku Scott Camilleri tkellem fuq il-bżonn ta’ aktar infurzar b’mod speċjali fuq minn jarmi l-loqom tas-sigareti mal-art. Camilleri saħaq kif loqom ta’ sigarrett jieħu ‘l fuq minn 10 snin biex jiddekomponi u għalhekk wieħed irrid joqgħod aktar attent meta jarmi u jieħu ħsieb jagħmel użu mill-bins u l-ashtrays li ġew installati fil-bajja.
Preżenti għal din it-tindifa kien hemm il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli.
Ritratti: Kunsill Lokali Birżebbuġa