Waqa’ Madwar Sular Minn Fuq Scaffolding Fil-Kappara

 Waqa’ Madwar Sular Minn Fuq Scaffolding Fil-Kappara

Sirjan ta’ 20 sena waqa’ madwar sular minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol. Dan ġara llum għal xi d-9.10 fi Triq Wied Għollieqa fil-Kappara.

Il-vittma ngħata l-assistenza mill-pulizija, kif ukoll minn tim mediku filwaqt li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com