Waqa’ Minn Fuq Sellum F’Residenza F’Raħal Ġdid
Raġel ta’ 50 sena residenti Raħal Ġdid, waqa’ minn fuq sellum f’residenza fi Triq Joseph Stivala f’Raħal Ġdid. Il-Pulizija tad-Distrett kienu nfurmati li għall-ħabta tad-9.00 tal-lum, kien hemm bżonn l-għajnuna tagħhom.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.