Waqt li X-Xebba Karmni Grima Kienet Mixja Semgħet Leħen…
Kien bħal-lum 22 ta’ Ġunju tal-1883, ix-xebba Karmni Grima mill-Għarb Għawdex kienet qed terġa lura d-dar mill-għalqa u semgħet leħen ikellimha mill-Kappella tal-Assunzjoni f’Ta’ Pinu.
Grima kienet ċerta li dak il-leħen kien ħiereġ mill-immaġini ta’ Marija Assunta li kien hemm fil-kappella.
Minn dak iż-żmien, din il-kappella li madwarha inbniet Bażilika, saret ċentru ta’ devozzjoni kbira fost kemm Maltin u Għawdxin u anke nies minn barra minn xtutna.
Ritratt: Gozo News