X’aktarx Din Hija L-Aktar Nanna “Cool” F’Malta

Wara li llum tħabbru r-regoli l-ġodda biex jerġgħu jibdew l-attivitajiet soċjali, kien hemm kritika minħabba li sa issa l-attivitajiet jistgħu isiru biss bilqgħeda .
Iżda l-kumment ta’ waħda mara li hija wkoll Nanna nissel tbissima fost ħafna f’mument jaħraq, dan għaliex f’kumment b’risposta għal storja li l-attivitajiet soċjali iridu jkunu biss bilqgħeda, din in-nanna kitbet, “għidli ż-żgħażagħ kif jistgħu jibqgħu bilqgħeda bil-mużika għaddejja, anke’ jien li għandi ż-żmien jiekluni saqajja biex naqbez, aħseb wara t-tfal”, naturalment pront kien hemm in-neputi tagħha u kiteb, “kellimhom nanna”.
Bla dubju din hija n-nanna li jixtiequ ħafna żgħażagħ.