16 Il-Nutara Pubbliċi Jingħataw Il-Warrant

 16 Il-Nutara Pubbliċi Jingħataw Il-Warrant

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza Edward Zammit Lewis ippreżenta l-warrants lil sittax-il nutara pubbliċi wara li dawn għaddew b’suċċess l-eżami għall-otteniment tal-warrants. In-nutara maħtura huma s-segwenti:

Martina Andrea Attard, Giselle Axiaq, Robert Joseph Felice, Shaun James Borg, Daniele Gafà, Ethan Brincat, Dejan Debono, Derek Bonavia, Maureen Farrugia, John Paul De Giorgio, Clara Grixti, Cristina Grixti, Maria Mifsud Bonnici, Kimberly Sammut, Maria Graziella Stellini u Chanelle Vella.

Il-Ministru Zammit Lewis awguralhom kull suċċess u saħaq magħhom li bħala uffiċjali pubbliċi għandhom iwettqu xogħolhom b’serjetà, imparzjalità, u b’rispett lejn il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.

Dan il-messaġġ wasslu fil-preżenza tan-Nutar tal-Gvern Dr Keith German u l-President tal-Kunsill Nutarili Dr Clinton Bellizzi fost oħrajn.

Awguri lil dawn in-nutara.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com