1,824 Persuna Ħadu L-Ewwel Doża Tat-Tilqima Llum Fiż-Żejtun
Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li llum fiż-Żejtun 1,824 persuna ħadu l-ewwel doża tat-tilqima.
Fearne qal ukoll li sal-lum 82% tal-adulti f’Malta ħadu t-tilqima kollha.
S’issa f’dawn il-jumejn tal-‘walk in clinics’ fil-Mosta u ż-Żejtun ingħataw total ta’ 4,285.
Nhar il-Ġimgħa l-‘walk in clinic’ ħa jkun ġewwa San Ġiljan.
Suċċess ieħor fiż-#Żejtun! 🙏Grazzi lill-1,824 persuna li ħadu l-ewwel doża tat-#tilqima llum. S’issa 82% tal-adulti f’Malta 🇲🇹 ħadu t-tilqima kollha. Nhar il-Ġimgħa jmiss San Ġiljan #takethejab pic.twitter.com/wonUxzdMEI
— Chris Fearne (@chrisfearne) July 21, 2021
Ritratt: DOI