81 Immigrant Salvati Mill-FAM

 81 Immigrant Salvati Mill-FAM

Il-Forzi Armati ta’ Malta matul il-lejla li għadda għall-ħabta tal-4:30am salvaw 81 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà fiż-żona tat-tiftix u salvataġġ Maltija. Tlieta minnhom iddaħħlu f’Malta mejtin.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li mistennija tiddetermina l-kawża tal-mewt tat-tliet immigranti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni u l-Ispettur Daryl Borg.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com