Adrian Delia Jgħid Li Kull Raħal Għandu Kamra Tan-Nar Jew Tnejn Ħlief Birkirkara
L-Eks kap tal-Opożizzjoni Adrian Delia tkellem dwar il-fatt li f’Birkirkara ma hemmx kamra tan-nar. Qal li kull raħal għandu logħob tan-nar maħdum ġo kamra jew tnejn, ħlief Birkirkara.
“Aħna kellna … imma l-Kummissarju tal-Pulizija għamel ftehim bil-moħbi li mhux ser joħroġ liċenzji għall-kamra tan-nar ta’ Santa Liena!”, kiteb Delia.
Kompla billi staqsa: “Min ser iwieġeb għalfejn Il-Karkariżi qed jiġu trattati hekk?”
Għal dan il-post kien hemm bosta reazzjonijiet fosthom minn Alan Saliba li jaħdem in-nar fejn fakkar lil Adrian Delia li l-pressjoni biex jieqaf il-permess tal-Kamra tan-Nar ta’ Birkirkara saret minn ħafna fosthom minn Georg Sapiano li kien residenti biswit il-kamra tan-nar u li mar joqgħod hemm, ftit wara.
Kiteb ukoll dwar dan, Beppe Fenech Adami fejn appella lill-Gvern sabiex isir sforz ġenwin biex il-kwistjoni tal-kamra tan-nar ta’ Birkirkara tiġi riżolta darba għal dejjem. Qal li d-dilettanti Karkariżi jistħoqqilhom post fejn ikunu jistgħu jaħdmu.
Madanakollu, tajjeb li wieħed jirrimarka li mhux biss Birkirkara m’għandhiex kamra tan-nar kif qal Adrian Delia imma bosta rħula oħra, fejn issib ukoll dilettanti jaħdmu fi kmamar ta’ rħula oħra.