Afrikan Mitfugħ Il-Baħar Fil-Port Tal-Imġarr F’Għawdex … Allegatament Iżżufjettaw Bih

 Afrikan Mitfugħ Il-Baħar Fil-Port Tal-Imġarr F’Għawdex … Allegatament Iżżufjettaw Bih

Storja li dehret fil-ġurnal The Times of Malta tirraporta kif Afrikan kien attakkat minn 15-il raġel, u anke ntefa’ l-baħar f’Għawdex skont post fuq il-midja soċjali.

Iżjed minn hekk, intqal li skont dan l-istess post fuq il-midja soċjali, in-nies tal-madwar u anke mill-ħwienet tal-madwar, donnhom daħqu u għoxew ma’ dan l-aġir.

Il-każ ġara lbieraħ għal xi s-1 ta’ filgħodu fil-port tal-Imġarr f’Għawdex u jidher li qed ikun investigat mill-pulizija fejn Malti u barrani huma fost dawk li qed ikunu nterrogati.

Jidher li kien hemm verżjonijiet differenti ta’ kif ġara l-każ iżda l-post fuq il-midja soċjali jtenni li din il-brutalità trid tieqaf u li huma (persuni li rrefera għalihom fuq il-midja soċjali li ma ħadux gost b’dak li raw iseħħ quddiem għajnjehom), se jkunu lesti jixhdu b’rashom mgħollija fil-qorti.

“In order for the police to charge the ‘king’ we had to be willing to testify in court. We will be doing this with our heads held high. This guy could have been killed! Let’s stop this hatred and savagery, we are all better than this!”

Ritratt: Outdooractive.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com