Aġġornat: Ġuvni Ta’ 21 Sena Jindarab Gravi B’Daqqa Ta’ Sikkina Wara Ġlieda Ma’ Ġuvnott Ta’ 14-il Sena
Żagħżugħ ta’ 14-il sena jinsab arrestat wara li allegatament kien involut f’argument ma’ żagħżugħ Ingliż ta’ 21 sena li jgħix il-Mosta.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-4:30pm, fi Triq Locker, Tas-Sliema.
Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li kien qam argument ġo residenza bejn Ingliż ta’ 21 sena residenti l-Mosta u ġuvni ta’ 14-il sena. Waqt dan l-argument, allegatament, intużat arma li taqta’ u bil-ponta.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, dak ta’ 21 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni ta’ l-ieħor għada mhux magħrufa.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia LL.D li ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
Ritratt: One News