Aġġornat: Ikomplu S-Seduti Tal-Qorti -Estiż Il-Ħin Għal-Lum Biss

Wara li dalgħodu fil-qorti kien hemm theddida ta’ bomba tant li s-smiegħ tas-seduti kellhom ikunu posposti għal aktar tard, għamel kuntatt magħna l-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis fejn infurmana li n-nies qed jirritornaw lura fil-qorti.
Tenna magħna wkoll, li minħabba t-telf ta’ ħin li seħħ dalgħodu, għal-lum biss, il-ħin tar-reġistru tal-qorti ser ikun estiż sas-1pm flok sa nofsinhar.