Aġġornat: It-Tifel Li Waqa’ Minn Tieqa Fil-Mellieħa M’Għadux Fil-Periklu Tal-Mewt
Aħbar tajba dalgħodu għall-familja tat-tifel ta’ sentejn li din il-ġimgħa waqa’ minn tieqa fil-Mellieħa.
It-Tifel għadu kemm ġie konfermat li jinsab f’qagħda stabbli u ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-inċident seħħ nhar it-Tlieta li għadda meta t-tifel waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs f’residenza li tinsab fi Triq ir-Rattan, fil-Mellieħa.
Dwar dan l-inċident infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Nadine Lia kif ukoll investigazzjoni mill-Pulizija li għadhom għaddejjin.